10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel Bucureşti – Ir-Rumanija – Silvia Georgiana Câmpean vs Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Mediaş, Administraţia Fondului pentru Mediu (C-97/13), Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Alexandria vs George Ciocoiu (C-214/13)

(Kawżi magħquda C-91/13 u C-214/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali))

2014/C 175/19

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean (C-97/13), Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Alexandria (C-214/13)

Konvenuti: Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Mediaş, Administraţia Fondului pentru Mediu (C-97/13), George Ciocoiu (C-214/13)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel București – Taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom jew fl-okkażjoni tal-ewwel reġistrazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà fuqhom – Eżenzjoni ta’ vetturi suġġetti għal taxxi preċedenti – Possibbiltà ta’ rkurpu b’mezzi ġudizzjarji tat-taxxi li jkunu ġew suġġetti għalihom dawn l-aħħar vetturi – Skoraġġiment possibbli tat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra – Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ taxxa, bħal dik stabbilita u sussegwentement iddelimitata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jissuġġetta l-vetturi bil-mutur għal taxxa fuq it-tniġġis li hija strutturata b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess żmien u kundizzjoni fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013.

ĠU C 189, 29.06.2013