21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Società cooperativa Madonna dei miracoli vs Regione Abruzzo, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali
(Kawża C-82/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Azzjonijiet konġunti - Nuqqas ta’ ħlas ta’ għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni - Revoka minn Stat Membru tal-kontribuzzjoni tiegħu - Kwistjoni ta’ fatt - Sitwazzjoni interna - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Deskrizzjoni tal-kuntest fattwali - Insuffiċjenza - Domanda ipotetika - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 377/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società cooperativa Madonna dei miracoli
Konvenuti: Regione Abruzzo, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88, tal-24 ta’ Ġunju 1988, dwar l-iskopijiet tal-Fondi b’għan strutturali, l-effettività tagħhom kif ukoll il-koordinament tal-attivitajiet tagħhom bejniethom u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-istrumenti finanzjarji oħra eżistenti (ĠU L 185, p. 9), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, dwar dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88, dwar il-koordinament bejn l-attivitajiet mill-Fondi strutturali differenti, minn naħa, u bejn dawn tal-aħħar u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti finanzjarji oħra eżistenti, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 866/90, tad-29 ta’ Marzu 1990, dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ transformazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli (ĠU L 91, p. 1) kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/342/KEE, tas-7 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iffissar ta’ kriterji ta’ għażla li għandhom jiġu adottati għall-investimenti li jirrigwardaw it-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ transformazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u dawk ġejjin mill-foresta (ĠU L 173, p. 71) — Azzjonijiet komuni — Nuqqas ta’ għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni — Stat Membru li ma jagħtix il-kontribuzzjoni tiegħu wara n-nuqqas ta’ għoti ta’ għajnuna mill-Kummissjoni
Dispożittiv
(1) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Consiglio di Stato (l-Italja). |
(2) |
Barra minn hekk, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli. |