7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Getty Images (US), Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-70/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) u (c) - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Trade mark verbali PHOTOS.COM - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

2014/C 102/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Getty Images (US), Inc. (rappreżentant: P. Olson, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012, Getty Images vs UASI (T-338/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 1831/2010-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-6 ta’ April 2011, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “PHOTOS.COM”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 42 u 45 – Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Getty Images (US) Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013