|
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/18 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona – Spanja) – France Telecom España, SA vs Organismo de Gestión Tributaria de la Diputación de Barcelona
(Kawża C-25/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Taxxa għall-użu privattiv jew l-użu speċjali ta’ art pubblika lokali imposta fuq l-operaturi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza))
2014/C 112/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: France Telecom España, SA
Konvenut: Organismo de Gestión Tributaria de la Diputación de Barcelona
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de lo Contencioso Administrativo de Barcelona – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) – Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u għad-drittijiet ta’ installazzjoni ta’ tagħmir – Art pubblika muniċipali – Trasferiment ta’ drittijiet u trasferiment tal-ġestjoni tal-użu
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat, fid-dawl tas-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, Vodafone España u France Telecom España (C-55/11, C-57/11 u C-58/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni ta’ taxxa, imposta fuq l-użu u l-operazzjoni ta’ riżorsi installati fuq beni pubbliċi jew privati, fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), fuq operaturi li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li ma humiex proprjetarji tal-imsemmija riżorsi.