9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-677/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/31/KE - Artikoli 6(a), 8, 9(a) sa (ċ), 11(1) u 12 - Direttiva 2008/98/KE - Artikoli 13, 23 u 36(1) - Immaniġġar ta’ skart - Rimi ta’ skart f’landfill - Assenza ta’ awtorizzazzjoni valida għal landfill - Funzjonament ħażin fl-operat tal-landfill))

(2015/C 046/20)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

F’dak li jikkonċerna s-sit ta’ rimi f’landfill ta’ Kiato:

billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex l-immaniġġar ta’ skart fis-sit inkwistjoni jsir mingħajr ma jipperikola s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u sabiex tipprojbixxi l-abbandun, ir-rimi jew l-eliminazzjoni mhux ikkontrollat tal-iskart tas-sit inkwistjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13 u 16(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi;

billi ttollerat l-operat ta’ dan is-sit mingħajr awtorizzazzjoni valida għal landfill li tosserva l-kundizzjonijet u l-kontenut previsti għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni u, konsegwentement, mingħajr ma d-detentur tal-iskart jew l-operatur tas-sit ikun jista’ jipproduċi prova, qabel il-kunsinna tal-iskart inkwistjoni jew fil-mument tagħha, li dan l-iskart jista’ jiġi aċċettat fis-sit skont il-kundizzjonijiet iddefiniti fl-awtorizzazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8, 9(a) sa (ċ) u 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma kif ukoll tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98, u

billi ma żguratx li, matul il-fażi ta’ operat ta’ landfill, l-operatur jimplementa l-programm ta’ kontroll u ta’ sorveljanza speċifikat fl-Anness III tad-Direttiva 1999/31, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12(a) ta’ din id-direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.