|
24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – fil-proċeduri mressqa minn “Indėlių ir investicijų draudimas” VI, Virgilijus Vidutis Nemaniūnas
(Kawża C-671/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE - Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri - Strumenti ta’ tfaddil u ta’ investiment - Strument finanzjarju fis-sens tad-Direttiva 2004/39/KE - Esklużjoni tal-garanzija - Effett dirett - Kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mid-Direttiva 97/9/KE)
(2015/C 279/11)
Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Indėlių ir investicijų draudimas“ VI, Virgilijus Vidutis Nemaniūnas
Fil-preżenza ta’: Vitoldas Guliavičius, bankas “Snoras” AB, fi stralċ
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, u l-punt 12 tal-Anness I tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista minn din id-direttiva ċ-ċertifikati ta’ depożitu maħruġa minn stabbiliment ta’ kreditu, jekk ikollhom in-natura ta’ titoli negozjabbli, fatt li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi żgurat li dawn iċ-ċertifikati jkollhom il-karatteristiċi kollha ta’ strument finanzjarju fis-sens tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE. |
|
2) |
Id-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE, u d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Marzu 1997, dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta d-djun fil-konfront ta’ stabbiliment ta’ kreditu jistgħu fl-istess ħin jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “depożitu”, skont id-Direttiva 94/19, u taħt “strument” skont id-Direttiva 97/9, iżda li l-leġiżlatur nazzjonali għamel użu mill-possibbiltà prevista fil-punt 12 tal-Anness I tal-imsemmija direttiva li dawn id-djun jiġu esklużi mill-iskema ta’ protezzjoni prevista minn din l-aħħar direttiva, din l-esklużjoni ma għandux ikollha bħala konsegwenza li l-imsemmija djun ikunu esklużi wkoll mill-iskema ta’ protezzjoni prevista mid-Direttiva 97/9, ’il barra mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ din tal-aħħar. |
|
3) |
L-Artikoli 2(2) u 4(2) tad-Direttiva 97/9 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ benefiċċju mill-iskema ta’ kumpens prevista minn din id-direttiva fuq il-fatt li l-istabbiliment ta’ kreditu kkonċernat ittrasferixxa jew uża l-fondi jew it-titoli inkwistjoni mingħajr il-kunsens tal-investitur. |
|
4) |
Id-Direttiva 97/9 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti tar-rinviju, sakemm hija tqis li fil-kawża prinċipali din id-direttiva hija invokata sakemm hija tqis li fil-kawża prinċipali din id-direttiva qed tiġi invokata kontra organu li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jikser id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, ma għandhiex tapplika dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ benefiċċju tal-iskema ta’ kumpens prevista minn din l-istess direttiva għall-fatt li l-istabbiliment ta’ kreditu kkonċernat ittrasferixxa jew uża l-fondi jew t-titoli inkwistjoni mingħajr il-kunsens tal-investitur. |