12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-648/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Monitoraġġ tal-istat ekoloġiku u tal-istat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ - Pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ baċin tax-xmara))

(2016/C 335/02)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u M. Drwięcki, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx totalment jew korrettament l-Artikolu 2, punti 19, 20, 26 u 27, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif emendata mid-Direttiva 2008/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, kif ukoll il-punti 1.3,1.3.4, 1.3.5, 1.4 u 2.4.1 tal-Anness V tal-imsemmija direttiva u l-Parti A, punti 7.2 sa 7.10, tal-Anness VII tal-istess direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq obbligi li hija kienet responsabbli għalihom skont dawn id-dispożizzjonijiet u skont l-Artikolu 24 ta’ din l-istess direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.