22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul București – ir-Rumanija) – SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București

(Kawża C-635/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 1207 - Żrieragħ żejtnin - Intestatura 1209 - Żrieragħ intiżi għaż-żriegħ - Intestatura 1212 - Żrieragħ użati prinċipalment għall-konsum mill-bniedem, mhux imsemmija jew inklużi band’oħra - Importazzjoni ta’ żrieragħ tal-qargħa ħamra mhux ipproċessati u fil-qoxra tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina))

(2015/C 205/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC ALKA CO SRL

Konvenuti: Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București

Dispożittiv

Sabiex twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja taż-żrieragħ tal-qargħa ħamra inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk dawn jintużawx normalment għall-estrazzjoni ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet kommestibbli jew industrijali, mingħajr ma jaqgħu taħt l-intestaturi 1201 sa 1206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007. Jekk dan huwa l-każ, dawn iż-żrieragħ għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1207 tan-Nomenklatura Magħquda minħabba n-natura tagħhom ta’ żrieragħ żejtnin, u dan irrispettivament mill-użu effettiv tagħhom għall-estrazzjoni ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet kommestibbli jew industrijali, għaż-żriegħ jew għall-konsum mill-bniedem. Fil-każ kuntrarju, l-imsemmija żrieragħ għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1209 tan-Nomenklatura Magħquda jekk huma kien għad għandhom il-kapaċità li jnibbtu pjanta fil-mument tal-importazzjoni tagħhom, u dan irrispettivament mill-użu effettiv tagħhom għaż-żriegħ jew għall-konsum mill-bniedem, jew taħt l-intestatura 1212 tan-Nomenklatura Magħquda jekk huma ma kienx għad għandhom il-kapaċità li jnibbtu pjanta.


(1)  ĠU C 39, 08.02.2014.