|
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Alwla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Économie et des Finances vs Gérard de Ruyter
(Kawża C-623/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 4 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Imposti fuq id-dħul mill-patrimonju - Kontribuzzjoni soċjali ġenerali - Kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali - Imposta soċjali - Kontribuzzjoni addizzjonali għall-imposta soċjali - Parteċipazzjoni fil-finanzjament ta’ skemi obbligatorji tas-sigurtà soċjali - Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali))
(2015/C 138/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiz
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministre de l’Économie et des Finances
Konvenut: Gérard de Ruyter
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li imposti fuq id-dħul mill-patrimonju, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom, meta jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ skemi obbligatorji tas-sigurtà soċjali, rabta diretta u rilevanti ma’ ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament 1408/71, u b’hekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, minkejja l-fatt li dawn huma imposti fuq id-dħul mill-patrimonju tal-persuni taxxabbli, indipendentement mill-eżerċizzju ta’ attività professjonali minn dawn tal-aħħar.