21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs L-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA), Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-615/13 P) (1)

((Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 4(1)(b) - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Artikolu 8 - Eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess - Protezzjoni tad-data personali - Kunċett ta’ “data personali” - Kundizzjonijiet ta’ trasferiment ta’ data personali - Isem tal-awtur ta’ kull osservazzjoni dwar abbozz ta’ gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tingħata mal-fajl ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Rifjut ta’ aċċess))

(2015/C 311/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken, C. Pintado u R. Van der Hout, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: A. Buchta u M. Pérez Asinari, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ClientEarth u PAN Europe vs EFSA(T-214/11, EU:T:2013:483) hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tat-12 ta’ Diċembru 2011 hija annullata.

3)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn ClientEarth u minn Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) fil-kuntest tal-appell u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-appell u mal-proċedura fl-ewwel istanza.

5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mal-appell.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.