26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Moravia Gas Storage a.s., li kienet Globula a.s., Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-596/13 P) (1)

((Appell - Suq intern tal-gass naturali - Obbligu tal-kumpanniji tal-gass naturali - Żvilupp ta’ sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet tal-ħażna ta’ gass naturali - Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki - Deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Ordni għall-irtirar tad-deċiżjoni ta’ deroga - Direttivi 2003/55/KE u 2009/73/KE - Applikazzjoni ratione temporis))

(2015/C 171/06)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u K. Herrmann, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Moravia Gas Storage a.s., li kienet Globula a.s. (rappreżentanti: P. Zákoucký u D. Koláček, avukati), Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Globula vs Il-Kummissjoni (T-465/11, EU:T:2013:406) hija annullata.

2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014.