|
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 – Europäisch-Iranische Handelsbank AG vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-585/13 P) (1)
((Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ fondi - Għajnuna għal entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru miżuri restrittivi))
(2015/C 138/19)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Europäisch-Iranische Handelsbank AG (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley u A. Irvine, solicitors, H. Hohmann, avukat, D. Wyatt QC, R. Blakeley, barrister]
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Kaye, aġent, assistit minn R. Palmer, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Europäisch-Iranische Handelsbank AG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. |