13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Nóra Baczó, János István Vizsnyiczai vs Raiffeisen Bank Zrt

(Kawża C-567/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 7 - Kuntratt ta’ kreditu immobiljari - Klawżola ta’ arbitraġġ - Natura inġusta - Rikors tal-konsumatur - Regola proċedurali nazzjonali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti adita bir-rikors intiż sabiex tiġi kkonstatata l-invalidità ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba intiża sabiex tiġi kkonstatata n-natura abbużiva ta’ klawżoli kuntrattwali li jinsabu f’dan l-istess kuntratt))

(2015/C 118/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nóra Baczó, János István Vizsnyiczai

Konvenuta: Raiffeisen Bank Zrt

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix regola proċedurali nazzjonali li skontha qorti lokali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors ta’ konsumatur intiż sabiex tiġi kkonstatata l-invalidità ta’ kuntratt standard imfassal minn qabel ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tisma’ t-talba tal-imsemmi konsumatur intiża sabiex tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali li jinsabu f’dan l-istess kuntratt, ħlief jekk jirriżulta li l-astensjoni tal-qorti nazzjonali toħloq xi inkonvenjenzi proċedurali ta’ natura li jirrendu eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-konsumatur mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel il-verifiki neċessarji f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.