8.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för västra Sverige – l-Isvezja) – proċeduri kriminali kontra Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic
(Kawża C-565/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Relazzjonijiet barranin - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk - Esklużjoni ta’ kull possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea))
(2014/C 439/18)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Hovrätten för västra Sverige
Partijiet fil-kawża prinċipali
Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic
Dispożittiv
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, approvat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006, tat-22 ta’ Mejju 2006, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeskludi kwalunkwe possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea.