27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 – Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-564/13 P) (1)
((Appell - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni - Artikolu 272 TFUE - Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti relatati mal-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb - Spejjeż eliġibbli u ammonti mħallsa mill-Kummissjoni - Azzjoni dikjaratorja - Assenza ta’ interess ġuridiku ċert u attwali))
(2015/C 138/18)
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, dikigoroi)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Conte u D. Triantafyllou, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |