23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Società Edilizia Turistica Alberghiera Residenziale (SETAR) vs Comune di Quartu S. Elena

(Kawża C-551/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/98/KE - Artikolu 15 - Immaniġġar ta’ skart - Possibbiltà għall-produttur ta’ skart li jwettaq it-trattament tiegħu huwa stess - Liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni adottata, iżda li għadha ma daħlitx fis-seħħ - Skadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni - Effett dirett))

(2015/C 065/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società Edilizia Turistica Alberghiera Residenziale (SETAR)

Konvenuta: Comune di Quartu S. Elena

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni u d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tittrasponi dispożizzjoni ta’ din id-direttiva, iżda li d-dħul fis-seħħ tagħha huwa suġġett għall-adozzjoni ta’ att intern sussegwenti, jekk dan id-dħul fis-seħħ jiġri wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ffissat mill-imsemmija direttiva.

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/98, moqri flimkien mal-Artikoli 4 u 13 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix il-possibbiltà għal produttur ta’ skart jew għal detenur ta’ skart li jwettaq ir-rimi tal-iskart tiegħu huwa stess, b’mod li jiġi eżentat mill-ħlas ta’ taxxa komunali għar-rimi tal-iskart, sakemm din il-leġiżlazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.