23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Mohamed M’Bodj vs État belge

(Kawża C-542/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 19(2) - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu - Artikolu 3 - Regoli iktar favorevoli - Applikant li jbati minn marda serja - Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini - Artikolu 28 - Protezzjoni soċjali - Artikolu 29 - Kura tas-saħħa))

(2015/C 065/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mohamed M’Bodj

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqrija flimkien mal-Artikoli 2(e), 3, 15 u 18 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ma huwiex marbut jipprovdi l-protezzjoni soċjali u l-kura tas-saħħa, previsti f’dawn l-artikoli, lil ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa awtorizzat jirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ residenza, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ barrani li jsofri minn marda li timplika riskju serju għall-ħajja tiegħu jew għall-integrità fiżika tiegħu jew għal trattament inuman jew degradanti, meta ma jkun jeżisti ebda trattament adatt fil-pajjiż tal-oriġini ta’ dan il-barrani jew fil-pajjiż terz fejn kien jirrisjedi qabel, sakemm l-imsemmi barrani ma jiċċaħħadx intenzjonalment mill-kura f’dan il-pajjiż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013