20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Gazprom” OAO

(Kawża C-536/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni - Arbitraġġ - Esklużjoni - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ barranin - Ordni minn tribunal tal-arbitraġġ li jinsab fi Stat Membru - Ordni intiża li twaqqaf it-tressiq jew it-tkomplija ta’ proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor - Dritt tal-qrati ta’ Stat Membru li jirrifjutaw ir rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ - Konvenzjoni ta’ New York))

(2015/C 236/10)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Gazprom” OAO

fil-preżenza ta: Lietuvos Respublika

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, la li qorti ta’ Stat Membru tirrikonoxxi u teżegwixxi, u lanqas li tirrifjuta li tirrikonoxxi u li teżegwixxi, deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tipprojbixxi lil parti milli tippreżenta ċerti talbiet quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, peress li dan ir-regolament ma jirregolax ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija minn tribunal tal-arbitraġġ fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.