27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et vs Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl

(Kawża C-534/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 191(2) TFUE - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-amministrazzjoni li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet - Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent])

(2015/C 138/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero della Salute, Ispra – Istituto Superiore per la Protezione e la Ricerca Ambientale

Konvenuti: Fipa Group srl, Tws Automation srl, Ivan srl

fil-preżenza ta’: Comune di Massa, Regione Toscana, Provincia di Massa Carrara, Comune di Carrara, Arpat – Agenzia regionale per la protezione ambientale della Toscana, Ediltecnica Srl, Versalis SpA, Edison SpA

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta huwa impossibbli li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu l-miżuri ta’ riparazzjoni minnu, ma tippermettix lill-awtorità kompetenti li timponi l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni lill-proprjetarju ta’ din l-art, li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis, b’dan ikun biss meħtieġ li jirrimborsa l-ispejjeż għall-interventi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu tal-valur tas-suq tas-sit, stabbiliti wara l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-interventi.


(1)  ĠU C 359, 07.12.2013.