8.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 439/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol – Spanja) – Ministerio de Defensa, Navantia SA vs Concello de Ferrol
(Kawża C-522/13) (1)
((Talba għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Taxxa fuq il-proprjetà fuq il-proprjetajiet immobbli - Eżenzjoni fiskali))
(2014/C 439/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministerio de Defensa, Navantia SA
Konvenuti Concello de Ferrol
Dispożittiv
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ipprojbita taħt din id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà ta’ qatgħa art proprjetà tal-Istat u disponibbli lil impriża li din tal-aħħar hija proprjetarja tal-kapital kollu tagħha u li tipproduċi, minn din il-qatgħa art, oġġetti u servizzi li jistgħu jkunu kkummerċjati bejn l-Istati Membri fis-swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-kawża li biha hija adita, evalwati fid-dawl tal-gwida interpretattiva pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali eżenzjoni tat-taxxa għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.