26.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Marian Macikowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku
(Kawża C-499/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminar - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskal - Tassazzjoni ta’ kunsinna ta’ proprjetà immobbli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ bejgħ b’subbasta forzat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-marixxall tal-qorti li jeżegwixxi tali bejgħ li jikkalkola u jħallas il-VAT fuq tali tranżazzjon - Pagament tal-prezz ta’ xiri lill-qorti kompetenti u neċessità li l-VAT li għandha titħallas tiġi ttrasferita, minn din tal-aħħar, lill-marixxall tal-qort - Responsabbiltà pekunjarja u kriminali tal-marixxall tal-qorti fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament tal-VAT - Differenza bejn it-terminu statutorju ġenerali għall-pagament tal-VAT minn persuna taxxabbli u t-terminu impost fuq tali marixxall tal-qort - Impossibbiltà li titnaqqas il-VAT tal-input imħallsa))
(2015/C 171/04)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marian Macikowski
Konvenuta: Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 9, 193 u 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli mwettaq permezz ta’ infurzar, timponi fuq persuna, jiġifieri l-marixxall tal-qorti li jkun għamel l-imsemmi bejgħ, l-obbligi ta’ kalkolu, ta’ ġbir u ta’ pagament tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq id-dħul minn din it-tranżazzjoni fit-termini stabbiliti. |
2) |
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li marixxall tal-qorti għandu jinżamm responsabbli bl-assi kollha tiegħu għall-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq id-dħul mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli mwettaq permezz ta’ infurzar fil-każ fejn ma jissodisfax l-obbligu tiegħu ta’ ġbir u ta’ ħlas ta’ din it-taxxa, sakemm il-marixxall tal-qorti kkonċernat ikollu, fil-fatt, kull mezz legali sabiex jissodisfa dan l-obbligu, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
3) |
L-Artikoli 206, 250 u 252 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-persuna li tħallas indikata minn din id-dispożizzjoni hija meħtieġa tikkalkola, tiġbor u tħallas l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fuq il-bejgħ ta’ oġġetti mwettaq permezz ta’ infurzar mingħajr ma tkun tista’ tnaqqas l-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud mħallsa bħala taxxa tal-input mill-bidu tal-perijodu ta’ tassazzjoni sad-data tal-ġbir tat-taxxa mill-persuna taxxabbli. |