30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Agrooikosystimata EPE vs Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Perifereia Thessalias (Perifereaki Enotita Magnisias)

(Kawża C-498/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Regolament (KEE) Nru 2078/92 - Metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb - Irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola għal raġunijiet marbuta mal-ambjent - Għajnuna agro ambjentali mħallsa lill-bdiewa u kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea - Kwalità tal-benefiċjarju ta’ tali għajnuna))

(2015/C 107/11)

Lingwa tal-kawża: il-Greċja

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrooikosystimata EPE

Konvenuti: Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Perifereia Thessalias (Perifereaki Enotita Magnisias)

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, tat-30 ta’ Ġunju 1992, dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb, għandu jiġi interpretat fis-sens li setgħu biss jibbenefikaw mill-programm tal-irtirar għal żmien twil ta’ art agrikola previst fl-Artikolu 2(1)(f) tiegħu dawk il-persuni li preċedentement kellhom fil-pussess tagħhom produzzjoni agrikola.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.