|
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Mohamed Ali Ben Alaya vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-491/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2004/114/KE - Artikoli 6, 7 u 12 - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju - Rifjut ta’ ammissjoni ta’ persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva - Marġni ta’ evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti)
2014/C 409/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mohamed Ali Ben Alaya
Konvenut: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru kkonċernat għandu jammetti fuq it-territorju tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jixtieq jirrisjedi iktar minn tliet xhur fuq dan it-territorju għal finijiet ta’ studju, sakemm dan iċ-ċittadin ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni previsti b’mod eżawrjenti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-direttiva u sakemm dan l-Istat Membru ma jinvokax kontra tiegħu waħda mir-raġunijiet espliċitament elenkati mill-imsemmija direttiva li tkun tiġġustifika r-rifjut tal-permess ta’ residenza.