15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Sysmex Europe GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-480/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klassifikazzjoni tariffarja - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 3204, 3212 u 3822 - Sustanza li tipproduċi, permezz ta’ reazzjoni kimika u espożizzjoni għal raġġ tal-laser, effett ta’ fluorexxenza maħsub għall-analiżi ta’ ċelluli bojod))

2014/C 315/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sysmex Europe GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija, komposta minn solventi u minn sustanza abbażi ta’ polimetin, li, għalkemm jista’ jkollha l-effett li tagħti l-kulur, dgħajjef u mhux permanenti, fuq drappijiet, prattikament ma tintużax għall-proprjetajiet tagħha li jagħtu l-kulur u hija maħsuba għall-analiżi taċ-ċelluli bojod tad-demm, permezz ta’ tqegħid ta’ joni fuq elementi speċifiċi tal-imsemmija ċelluli li, meta jiġu esposti għal raġġ tal-laser, isiru fluorexxenti għal żmien limitat, taqa’ taħt l-intestatura 3822 tal-imsemmija Nomenklatura Magħquda, relatata mar-reaġenti tal-laboratorju.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.