15.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof, Landgericht München I – il-Ġermanja) – Adala Bero vs Regierungspräsidium Kassel (C-473/13), Ettayebi Bouzalmate vs Kreisverwaltung Kleve (C-514/13)
(Kawżi magħquda C-473/13 u C-514/13) (1)
([Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 16(1) - Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija - Detenzjoni f’ħabs - Impossibbiltà li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitqiegħdu f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni - Assenza ta’ tali ċentru fil-Land fejn ikun iddetenut iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz])
2014/C 315/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof, Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adala Bero (C-473/13), Ettayebi Bouzalmate (C-514/13)
Konvenuti: Regierungspräsidium Kassel (C-473/13), Kreisverwaltung Kleve (C-514/13)
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa obbligat, bħala regola ġenerali, iqiegħed f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni ta’ dan l-Istat liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment miżmuma taħt detenzjoni għall-finijiet tat-tneħħija tagħhom, u dan anki meta l-imsemmi Stat Membru jkollu struttura federali u l-parti mill-istruttura federali tal-Istat li tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi u teżegwixxi tali tqegħid skont id-dritt nazzjonali ma jkollhiex tali faċilità ta’ detenzjoni.