8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS) vs Yesmoke Tobacco SpA

(Kawża C-428/13) (1)

((Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttivi 95/59/KE u 2011/64/UE - Struttura u rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat - Determinazzjoni ta’ dazju tas-sisa - Prinċipju li jistabbilixxi rata tad-dazju tas-sisa għas-sigaretti kollha - Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu ammont minimu ta’ dazju tas-sisa - Sigaretti li jaqgħu fl-inqas kategorija ta’ prezz għolja - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Kategorija speċifika ta’ sigaretti - Iffissar tad-dazju tas-sisa għal 115 %))

(2014/C 439/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS)

Konvenuta: Yesmoke Tobacco SpA

Dispożittiv

L-Artikoli 7(2) u 8(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minflok ma tistabbilixxi dazju tas-sisa minimu identiku għas-sigaretti kollha, tistabbilixxi dazju tas-sisa minimu li japplika biss għas-sigaretti bi prezz tal-bejgħ bl-imnut iktar baxx minn dak tas-sigaretti fil-kategorija ta’ prezz li għaliha hemm l-ikbar domanda.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.