22.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten
(Kawża C-424/13) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Vjaġġ twil minn Stat Membru lejn Stat terz - Artikolu 14(1) - Kontroll li għandu jitwettaq fir-rigward tar-reġistru tal-vjaġġ mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq qabel vjaġġi twal - Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-parti mill-vjaġġ li ssir barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà tar-regoli stabbiliti mill-imsemmi regolament għal din il-parti mill-vjaġġ”))
(2015/C 205/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zuchtvieh-Export GmbH
Konvenuta: Stadt Kempten
Fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern
Dispożittiv
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li [jemenda] d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex trasport li jinvolvi vjaġġ twil ta’ equidae domestiċi barra minn equidae reġistrati u annimali domestiċi ta’ speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, li jibda fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u jkompli barra dan it-territorju jkun jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq, l-organizzatur tal-vjaġġ għandu jippreżenta reġistru tal-vjaġġ li, fid-dawl tal-arranġamenti ta’ dan il-vjaġġ kif dawn huma previsti, ikun realistiku u jippermetti l-preżunzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ser jiġu osservati, anki fir-rigward tal-parti mill-imsemmi vjaġġ li ssir fit-territorju ta’ pajjiż terz, u li, jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija awtorità tkun awtorizzata teżiġi li l-imsemmija arranġamenti jiġu mibdula b’tali mod li tiġi żgurata l-osservanza tal-imsemmija dispożizzjonijiet għal dan il-vjaġġ kollu.