|
9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-378/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Immaniġġar ta’ skart - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità))
(2015/C 046/13)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, E. Sanfrutos Cano u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Skandalou, assistita minn M. V. Liogkas, espert tekniku)
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-502/03, EU:C:2005:592), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE. |
|
2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sal-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (EU:C:2005:592), fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza preżenti jissokta sal-imsemmija data, pagamenti ta’ penalità ta’ kull sitt xhur kkalkolati, fir-rigward tal-ewwel sitt xhur wara l-imsemmi għoti, fi tmiem dan il-perijodu, minn ammont inizjali stabbilit għal EUR 1 4 5 20 000, li minnu għandu jitnaqqas ammont ta’ EUR 40 000 għal kull sit ta’ rimi tal-iskart mhux ikkontrollat, li huwa s-suġġett tan-nuqqas ikkonstatat, li jkun ingħalaq jew ġie riabilitat mit-13 ta’ Mejju 2014 kif ukoll ammont ta’ EUR 80 000 għal dawk is-siti kkonċernati li jkunu ngħalqu u ġew riabilitati sa minn din l-istess data. Għas-sitt xhur kollha sussegwenti, il-pagamenti ta’ penalità dovuti għal kull sitt xhur għandhom jiġu kkalkolati, fi tmiem dawn is-sitt xhur, mill-ammont ta’ pagamenti ta’ penalità stabbiliti għas-sitt xhur preċedenti, u l-istess tnaqqis għandu jsir skont l-għeluq u r-riabilitazzjonijiet li jkunu saru matul is-sitt xhur inkwistjoni, fir-rigward ta’ siti li huma s-suġġett tan-nuqqas ikkonstatat. |
|
3) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 10 miljun. |
|
4) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |