13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Oil Trading Poland sp. z o.o.

(Kawża C-349/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dazji tas-sisa - Direttivi 92/12/KEE u 2008/118/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Żjut minerali u prodotti ta’ enerġija - Żjut lubrikanti intiżi għal użi differenti minn dawk ta’ karburant jew ta’ kombustibbli - Esklużjoni - Dazju tas-sisa impost fuq il-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija, impost minn Stat Membru skont ir-regoli speċifiċi għas-sistema tad-dazju tas-sisa armonizzat - Kunċett ta’ “formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri” - Artikolu 110 TFUE - Terminu għall-ħlas iqsar f’ċerti każijiet għax-xiri intra-Komunitarju minn dak għall-prodotti akkwistati fis-suq nazzjonali)

(2015/C 118/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenut: Oil Trading Poland sp. z o.o.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi, bħalma huma ż-żjut lubrikanti intiżi għal użi differenti minn dawk ta’ karburant jew ta’ kombustibbli, jiġu suġġetti għal taxxa rregolata minn regoli li huma identiċi għal dawk dwar is-sistema tad-dazju tas-sisa armonizzat prevista mill-imsemmija direttivi, peress li l-fatt li l-imsemmija prodotti jiġu suġġetti għal din it-taxxa ma jinvolvix formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.