27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho de Leiria – il-Portugall) – Modelo Continente Hipermercados SA vs Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)
(Kawża C-343/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema ta’ amalgamazzjonijiet ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata - Direttiva 78/855/KEE - Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist - Artikolu 19 - Effetti - Trasferiment tal-attiv u tal-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata lill-kumpannija li qed takkwista - Ksur imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-amalgamazzjoni - Konstatazzjoni tal-ksur permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva wara din l-amalgamazzjoni - Dritt nazzjonali - Trasferiment tar-responsabbiltà ta’ natura kontravenzjonali tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata - Ammissibbiltà))
(2015/C 138/06)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho de Leiria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Modelo Continente Hipermercados SA
Konvenuta: Autoridade Para As Condições de Trabalho – Centro Local do Lis (ACT)
Dispożittiv
L-Artikolu 19(1) tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE, tad-9 ta’ Ottubru 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda [amalgamazzjoni] ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, kif emendata bid-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li “għaqda [amalgamazzjoni] permezz ta’ akkwist”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, twassal għat-trasferiment, lill-kumpannija li qed takkwista, tal-obbligu li titħallas multa imposta minn deċiżjoni definittiva wara din l-amalgamazzjoni għal ksur tad-dritt tax-xogħol imwettaq mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata qabel l-imsemmija amalgamazzjoni.