26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Novo Nordisk Pharma GmbH vs S

(Kawża C-310/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva - Sistemi ta’ responsabbiltà speċjali eżistenti fid-data tan-notifika tad-Direttiva - Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà li tippermetti l-ksib ta’ informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ prodotti mediċinali))

(2015/C 026/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Novo Nordisk Pharma GmbH

Konvenuta: S

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Mejju 1999, għandha tiġi intepretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħala dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà speċjali fis-sens tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, li tipprevedi, wara l-emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni magħmula wara d-data tan-notifika tal-imsemmija direttiva lill-Istat Membru kkonċernat, li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob mill-fabbrikant tal-prodott mediċinali informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ dan il-prodott.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.