23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel – il-Belġju) – LVP NV vs Belgische Staat

(Kawża C-306/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta’ importazzjonijiet - Rati ta’ dazju applikabbli))

(2015/C 065/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LVP NV

Konvenuta: Belgische Staat

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 li jinsabu fl-Anness 1A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakexx fil-15 ta’ April 1994 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), ma humiex ta’ natura li joħolqu drittijiet favur individwi li dawn tal-aħħar jistgħu jinvokaw direttament quddiem qorti nazzjonali sabiex jipprekludu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju ta’ EUR 176 għal kull tunnellata stabbilita mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1964/2005, tad-29 ta’ Novembru 2005, dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.