|
25.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Oberbank AG C-217/13), Banco Santander SA (C-218/13), Santander Consumer Bank AG (C-218/13) vs Deutscher Sparkassen – und Giroverband eV
(Kawżi magħquda C-217/13 u C-218/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(1) u (3) - Trade mark li tikkonsisti f’kulur aħmar mingħajr borduri, irreġistrata għal servizzi bankarji - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Prova - Stħarriġ ta’ opinjoni - Mument li fih il-karattru distintiv permezz tal-użu għandu jinkiseb - Oneru tal-prova))
2014/C 282/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oberbank AG (C-217/13), Banco Santander SA (C-218/13), Santander Consumer Bank AG (C-218/13)
Konvenuta: Deutscher Sparkassen – und Giroverband eV
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali skont liema, fil-proċedimenti li jqajmu l-kwistjoni dwar jekk trade mark bil-kulur mingħajr borduri kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu, fil-każijiet kollha huwa neċessarju li stħarriġ ta’ opinjoni jagħti bħala riżultat livell ta’ għarfien ta’ din it-trade mark ta’ mill-inqas 70 %. |
|
2) |
Meta Stat Membru ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/95, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità intiża għal trade mark nieqsa minn karattru distintiv intrinsiku, jeħtieġ, sabiex jiġi evalwat jekk din it-trade mark kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu, li jiġi eżaminat jekk tali karattru nkisibx qabel id-data li fiha saret l-applikazzjoni għal resġistrazzjoni ta’ din it-trade mark. F’dan ir-rigward, huwa mingħajr effett il-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata jinvoka l-argument li fi kwalunkwe każ, din tal-aħħar kisbet karattru distintiv permezz tal-użu wara li saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, iżda qabel ir-reġistrazzjoni tagħha. |
|
3) |
Meta Stat Membru ma jkunx għamel użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/95, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(3) tal-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li, fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, it-trade mark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida meta tkun nieqsa minn karattru distintiv intrinsiku u meta l-proprjetarju tagħha ma jasalx biex jipprova li din it-trade mark kisbet, qabel id-data li fiha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, karattru distintiv permezz tal-użu li kien sar minnha. |