1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Stanislav Gross vs Hauptzollamt Braunschweig

(Kawża C-165/13) (1)

((Tassazzjoni - Direttiva 92/12/KEE - Artikoli 7 sa 9 - Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għas-sisa - Prodotti rrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li, għal finijiet kummerċjali, jinżammu fi Stat Membru ieħor - Ħlas tas-sisa minn detentur ta’ dawn il-prodotti li akkwistahom fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni - Akkwist fit-tmiem it-tranżazzjoni ta’ dħul))

2014/C 292/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stanislav Gross

Konvenut: Hauptzollamt Braunschweig

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tippermetti lil Stat Membru li jindika bħala persuna taxxabbli għas-sisa detentur, fit-territorju fiskali ta’ dan l-Istat, għal finijiet kummerċjali, ta’ prodotti suġġetti għas-sisa li jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, anki meta din il-persuna ma tkunx l-ewwel detentur ta’ dawn il-prodotti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.