|
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën vs Q
(Kawża C-133/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-donazzjonijiet - Eżenzjoni fir-rigward ta’ “dominju rurali” - Eżenzjoni eskluża fir-rigward ta’ dominju li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor))
(2015/C 065/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Q
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li eżenzjoni minn taxxa fuq id-donazzjonijiet dovuta fir-rigward ta’ ċerti proprjetajiet protetti minħabba li jappartjenu lill-patrimonju kulturali u storiku nazzjonali hija limitata għal dawk il-proprjetajiet li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, sakemm din l-eżenzjoni ma tkunx eskluża fir-rigward tal-proprjetajiet li jistgħu jkunu marbuta mal-patrimonju kulturali u storiku tal-imsemmi Stat Membru minkejja l-fatt li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat ieħor.