9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Azienda sanitaria locale n. 5 “Spezzino”, ANPAS Associazione Nazionale Pubblica Assistenza – Comitato Regionale Liguria, Regione Liguria vs San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus

(Kawża C-113/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi ta’ trasport mediku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-attivitajiet ta’ trasport mediku għall-istabbilimenti mediċi pubbliċi bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u li jkunu rreġistrati - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni - Kuntratti pubbiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Direttiva 2004/18/KE - Servizzi mħallta, previsti kemm fl-Anness II A kif ukoll fl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18 - Artikolu 1(2)(a) u (d) - Kunċett ta’ “kuntratt għal servizzi pubbliċi [kuntratt pubbliku għal servizzi]” - Natura pekunjarja - Korrispettiv li jikkonsisti fir-rimbors tal-ispejjeż inkorsi))

(2015/C 046/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda sanitaria locale n. 5 “Spezzino”, ANPAS Associazione Nazionale Pubblica Assistenza – Comitato Regionale Liguria, Regione Liguria

Konvenuti: San Lorenzo Società Cooperativa Sociale, Croce Verde Cogema Cooperativa Sociale Onlus

fil-presenza ta’: Croce Rossa Italiana – Comitato regionale Liguria et

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprovdi li l-provvista tas-servizzi ta’ trasport mediku ta’ emerġenza u ta’ emerġenza estrema għandha tingħata bi prijorità u permezz ta’ għoti dirett, fl-assenza ta’ kwalunkwe pubbliċità, lill-organi ta’ volontarjat li magħhom jeżisti ftehim, sakemm il-qafas legali u ta’ ftehimiet li fih titwettaq l-attività ta’ dawn l-organi jikkontribwixxi effettivament sabiex jintlaħqu l-iskop soċjali u l-għanijiet ta’ solidarjetà u ta’ effiċjenza baġitarja li fuqhom hija bbażata din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.