12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Snezhana Somova vs Glaven director na Stolichno upravlenie “Sotsialno osiguryavane”

(Kawża C-103/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 12, 45, 46 u 94 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ pensjoni għall-kundizzjoni ta’ interruzzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni għax-xjuħija - Xiri mill-ġdid ta’ perijodu ta’ assigurazzjoni nieqsa bħala korrispettiv għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet - Koinċidenza tal-perijodi ta’ assigurazzjoni f’diversi Stati Membri - Fakultà tal-persuna assigurata li tevita r-regola ta’ kumulu tal-perijodi ta’ kontribuzzjonijiet u ta’ assigurazzjoni - Irtirar tal-pensjoni mogħtija u rkupru tal-ammont imħallas żejjed - Obbligu ta’ ħlas tal-interessi))

(2015/C 007/05)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Snezhana Somova

Konvenuta: Glaven director na Stolichno upravlenie “Sotsialno osiguryavane”

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 94(1) tal-Kodiċi tal-Assigurazzjonijiet Soċjali (Kodeks za sotsialnoto osiguryavane), li tistabbilixxi li l-likwidazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni tax-xjuħija hija suġġetta għall-kundizzjoni preliminari tal-interruzzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali marbuta ma’ attività eżerċitata fi Stat Membru ieħor.

2)

L-Artikoli 45, 46(2) u 94(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006, tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jikkonferixxux lill-persuni li għandhom assigurazzjoni soċjali l-fakultà li jagħżlu li ma jittieħdux inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet miftuħa fi Stat Membru, il-perijodi ta’ assigurazzjoni mwettqa fi Stat Membru ieħor qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-istess regolament f’dan l-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 04.05.2013.