25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Inspecteur van de Belastingdienst/Noord/kantoor Groningen vs SCA Group Holding BV (C-39/13), X AG et vs Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam (C-40/13), Inspecteur van de Belastingdienst Holland-Noord/kantoor Zaandam vs MSA International Holdings BV, MSA Nederland BV (C-41/13),

(Kawżi Magħquda C-39/13 sa C-41/13) (1)

((Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa fuq il-kumpanniji - Unità fiskali waħda bejn il-kumpanniji tal-istess grupp - Talba - Motivi ta’ rifjut - Sitwazzjoni tas-sede ta’ waħda jew diversi kumpanniji intermedjarji, jew tal-kumpannija parent fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ stabbiliment fiss fl-Istat ta’ tassazzjoni))

2014/C 282/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inspecteur van de Belastingdienst/Noord/kantoor Groningen (C-39/13), X AG, X1 Holding GmbH, X2 Holding GmbH, X3 Holding GmbH, D1 BV, D2 BV, D3 BV (C-40/13), Inspecteur van de Belastingdienst Holland-Noord/kantoor Zaandam (C-41/13)

Konvenuti: SCA Group Holding BV (C-39/13), Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam (C-40/13), MSA International Holdings BV, MSA Nederland BV (C-41/13)

Dispożittiv

1)

Fil-Kawżi C-39/13 u C-41/13, l-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha kumpannija parent residenti tista’ tifforma unità fiskali waħda ma’ sottosussidjarja residenti meta din tkun iżżommha permezz ta’ kumpannija waħda jew diversi kumpanniji residenti, iżda ma tistax meta hija żżommha permezz ta’ kumpanniji mhux residenti li ma għandhomx stabbiliment fiss f’dan l-Istat Membru.

2)

Fil-Kawża C-40/13, l-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha sistema ta’ unità fiskali waħda tingħata lil kumpannija parent residenti li żżomm sussidjarji residenti, iżda hija eskluża għal kumpanniji residenti tal-istess kumpannija parent li l-kumpannija parent komuni tagħhom ma għandhiex is-sede tagħha f’dan l-Istat Membru u ma għandhiex stabbiliment fiss hemmhekk.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.