25.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – Bayer CropScience AG vs Deutsches Patent – und Markenamt
(Kawża C-11/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-privattivi - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Artikoli 1 u 3 - Kunċetti ta’ “prodotti” u ta’ “sustanzi attivi” - Aġent protettiv])
2014/C 282/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bayer CropScience AG
Konvenut: Deutsches Patent – und Markenamt
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “prodott”, li jinsab fil-punt 8 tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll il-kunċett ta’ “sustanzi attivi”, li jinsab fil-punt 3 tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tista’ taqa’ taħt dawn il-kunċetti sustanza maħsuba għal użu bħala aġent protettiv meta din is-sustanza teżerċita hija stess azzjoni tossika, fitotossika jew ta’ protezzjoni tal-pjanti.