Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Jannar 2015 — Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑482/12)
“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali — Rikors promotur — Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà”
Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà — Żvilupp fl-istadju tar-replika — Assenza ta’ effett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 19; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 30, 37-40, 50, 51)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97‑2011 u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2012 bi tweġiba għall-ittra tar-rikorrenti tas-27 ta’ Lulju 2012, intiża sabiex il-Kummissjoni teżegwixxi s-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2012, Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni (T‑300/10, Ġabra, EU:T:2012:247).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Internationaler Hilfsfonds eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |