23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/23 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 — Pyrox vs UASI — Köb Holzheizsysteme (PYROX)
(Kawża T-575/12)
2013/C 55/41
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pyrox GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Eigen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Köb Holzheizsysteme GmbH (Wolfurt/VBG, l-Awstrija)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Ottubru 2012, fil-Każijiet magħquda R 2187/2011-1 u R 2507/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PYROX”, għal prodotti fil-klassijiet 4, 7 u 11- Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 612 781
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Köb Holzheizsysteme GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “PYROT” għal prodotti fil-klassi 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u applikazzjoni rrifjutata fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.