|
2.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/22 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2012 — RiskMetrics Solutions vs UASI (RISKMANAGER)
(Kawża T-557/12)
2013/C 63/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: RiskMetrics Solutions LLC (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. De Freitas, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha sabiex it-trade mark Komunitarja Nru 9 446 881 tiġi aċċettata u tgħaddi għall-pubblikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI sabiex iħallas l-ispejjeż kollha tal-appellant fir-rigward ta’ dawn il-proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RISKMANAGER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 881
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.