23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/20 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)
(Kawża T-553/12)
2013/C 55/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 1709/2011-2; |
— |
tbiddel id-deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “BATEAUX-MOUCHES” għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 666 631
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.