2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2012 — Nemeco vs UASI — Coca-Cola (NU)

(Kawża T-549/12)

2013/C 63/42

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nemeco (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Gaspar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2012 (Każ Nru R 266/2012-2);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti minn Nemeco.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NU” għal prodotti fil-klassi 32 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1 033 122 li tkopri l-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja Nru 5 386 081 għat-trade mark verbali “NU YU”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2007/2009.