16.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/21 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Wedi vs UASI — Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade (BALCO)
(Kawża T-541/12)
2013/C 46/37
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wedi GmbH (Emsdetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 2255/2011-4; |
— |
sussidjarjament, tissospendi l-proċedimenti fil-Każ R 2255/2011-4 sal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tal-15 ta’ Novembru 2012 għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-Trade mark Komunitarja Nru 006095889 Balkogrün, irreġistrata quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) bin-numru 000007267 C, li tappartjeni lill-parti l-oħra; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BALKO” għal prodotti fil-klassi 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 023 771
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mehlhose Bauelemente für Dachrand + Fassade GmbH & Co. KG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “Balkogrün”, “Balkoplan” u “Balkotop” għal prodotti fil-klassijiet 19, 21 u 27
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009