2.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/24 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2012 — AXA Versicherung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-526/12)
2013/C 32/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: AXA Versicherung AG (Köln, il-Germanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-rifjut ikkontestat; |
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment ir-rifjut inkwistjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjonijiet impliċiti negattivi tal-Kummissjoni, li jirrigwardaw it-talbiet konfermattivi tar-rikorrenti għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-Każ COMP/39.125 — Ħġieġ tal-karozzi.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ eżami konkret u individwali tad-dokumenti mitluba taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba ċ-ċaħda ta’ aċċess għal dokumenti speċifiċi fil-fajl
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba ċ-ċaħda kompleta tal-aċċess għal dokumenti speċifiċi
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba ċ-ċaħda ta’ aċċess għat-test sħiħ tal-werrej tal-fajl tal-Kummissjoni
|
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).