26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/65 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2012 — NCL vs UASI (NORWEGIAN GETAWAY)
(Kawża T-513/12)
2013/C 26/129
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1014/2012-4 tat-12 ta’ Settembru 2012 u tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni fir-rigward tas-servizzi fil-klassi 39: “Arranging of cruises, Cruise ship services, Cruise arrangement” (servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ kruċieri, servizzi ta’ vapuri ta’ kruċieri, organizzazzjoni ta’ kruċieri) u tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “NORWEGIAN GETAWAY” għal servizi fil-klassi 39 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10281939
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009