12.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/42 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2012 — Golam vs UASI — Pentafarma (METABOL)
(Kawża T-486/12)
2013/C 9/75
Lingwa tar-rikors: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant N. Trovas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Pentafarma-Sociedade Tecnico-Medicinal, SA (Prior Velho, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tilqa’ dan ir-rikors, sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1901/2011-1; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa’ l-applikazzjoni tar-rikorrenti fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Sofia Golam
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “METABOL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 16 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8885287
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Portugiża “METABOL-MG” li kienet irreġistrata bin-Nru 241841, għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009