12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Giorgis vs UASI — Comigel (Forma ta’ tazzi tax-xorb)

(Kawża T-474/12)

2013/C 9/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Giorgis (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: I. Prado u A. Tornato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comigel SAS (Saint-Julien-lès-Metz, Franza)

Talbiet

tannulla id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1301/2011-1); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark li tirrappreżenta forma ta’ tazzi tax-xorb, għall-prodotti fil-klassi 30 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8132681

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidita’ kienet ibbażata fuq il-motivi msemmija fl-Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Kumunitarja ikkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.