1.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/12


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-440/12)

2012/C 373/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u P. Herrero Prieto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 264TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2012 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing;

titlob lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li tipproduċi d-dokumenti, il-kalkoli u l-punti l-oħra ta’ fatt u/jew ta’ liġi li fuqhom ibbażat ruħha sabiex tilqa’ t-talbiet li jinvokaw l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva ta’ Proderac, ta’ CB, ta’ ITAS, ta’ OriMartin, ta’ Siderúrgica Latina Martin u/jew sabiex taċċetta tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ArcelorMittal;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma l-istess bħal dawk tal-Kawża T-438/12, Global Street Wire vs Il-Kummissjoni.